ISLANDS CLEANUP

Il-kampanja Islands Cleanup amministrata mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika hija kollaborazzjoni bejn Saving Our Blue, Project Green u d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni

Din l-inizjattiva hija turija ċara ta’ kemm jista’ jsir ġid għall-ambjent meta ningħaqdu flimkien u norganizzaw clean-ups tal-widien u l-kosta tagħna. Bla dubju, kumpaniji jistgħu jagħtu kontribut għal ambjent aktar nadif bħala parti mir-Responsabilità Soċjali Korporattiva (CSR).

L-għan ta’ din il-kampanja huwa li għal kull tunnellata ta’ skart miġbur, jitħawlu żewġ siġar.

L-inizjattiva Islands Cleanup tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-importanza tal-protezzjoni tal-widien u l-oqsma kostali tagħna. Kumpaniji privati, skejjel, għaqdiet mhux governattivi u kwalunkwe gruppi oħra huma mħeġġa jirreġistraw għall-avveniment tagħhom ta’ tindif biex jagħtu sehemhom f’din il-kawża. Min jipparteċipa jingħata it-tagħmir meħtieġ, inklużi ingwanti, boroż, vetturi għall-iskart, u struzzjonijiet ta’ sigurtà biex jiġi żgurat proċess ta’ tindif sigur u effiċjenti.

Il-parteċipanti jingħataw għajnuna wkoll biex jiżnu l-iskart li jkunu ġabru waqt l-avveniment tagħhom fejn jiġi sseparat fuq il-post skont ir-regolamenti applikabbli għas-separazzjoni tal-iskart biex jiġi żgurat li l-materjal kollu li jista’ jiġi riċiklat jiġi pproċessat għar-riċiklaġġ. L-organizzazzjonijiet kollha li jipparteċipaw jirċievu ċertifikat ta’ parteċipazzjoni għall-isforzi tagħhom lejn ambjent aħjar.

Ir-reġistrazzjoni hija b’xejn!

Ejjew inkomplu naħdmu flimkien għal ambjent aħjar.

Tip ta’ sit ippreferut għat-tindif *